Avsnitt
-
Hekk kif Sayan tella' dak il-famuż video biex min għandu problema medika, jmur għand tabib flok għand pastor, inqala' koċċ hassle u saħansitra ġie mgħajjar u mhedded minn nies vicin ħafna ta' waħda minn dawn is-setet. Jeremy mill-ewwel xtaq juri solidarjeta' ma' Sayan u talabna biex ngħamlu episodju biex jgħid tieghu fuq il-periklu ta' dawn is-setet. Grazzi mill-qalb Jeremy!
-
Ricky u Nickie kellhom konverzazzjoni mill-iktar umana dwar id-depressjoni, l-anzjeta' u kundizzjonijiet oħra relatati ma' saħħa mentali. It-tnejn li huma għaddew minn sitwazzjonijiet fejn is-saħħa mentali tagħhom ma kinitx mija fil-mija, bħalhom hawn persentaġġ dejjem jiżdied ta' Maltin. Nickie hija wkoll ambaxxatrici għal kampanja #StopTheStigma li hi għaqda biex tgħeleb l-istigma marbuta mas-saħħa mentali.
-
Saknas det avsnitt?
-
Clinton għadda minn ħafna, seta' għażel li jqis ruħu ta' miskin u jindifen fid-dwejjaq, depressjoni u forsi anka litteralment, imma għamel totalment bil-maqlub. Ma' Clinton ma setgħax jonqos ukoll li nitkellmu fuq esperjenzi ta' paranormal li għadda minnhom, fosthom storja tal-bliegħ li hemm tnax il-ruh bħala xhieda okulari!
-
Fis-snin sebgħin, il-Gvern Malti iddeċieda li jieħu min għand grupp ta' shareholders, dak li kien mgħaruf bħala in-National Bank of Malta. Wara kawza li damet tkaxkar 50 sena quddiem il-qrati Maltin, l-istess shareholders u l-eredi tagħhom ingħataw kumpens ta' mija u hdax il-mijun ewro (€111,000,000). Din hija l-istorja ta' dak li seħħ!
-
Magħna fl-episodju li jmiss, ser ikollna lil ħabib tagħna Charles Grech. Ex investigatur tal-pulizija li ħafna minnkhom tgħafuh mill-programm popolarissimu Klassi Ghalina. Tkellimna fuq dak li kien ix-xogħol tiegħu bħala pulizija, il-paranormal, UFOs, il-ħajja u kif dawn kollha jgħaqdu flimkien.
-
Is-sitt episodju ma' Ricky Caruana. Il-ħajja wara l-mewt! X'evidenza hemm ta' ħajja wara l-mewt? Jispiċċa kollox jew il-vjaġġ ikompli? U jekk ikompli fejn immorru? F'xi post ieħor jew nerġaw niġu hawn fid-dinja?
-
Forsi ftit immaġinaw lil Fr. Colin jitkellem fuq il-UFOs u l-fenomenu tal-paranormal, pero' hekk ġara. Ma' Fr. Colin tkellimna wkolll fuq it-tbatija tal-ħajja, il-gwerra f'Gaza u fuq l-ispiritwalita' bl-aktar mogħod wiesa.
-
Hemm xi veritajiet fl-istejjer Bibbliċi fejn jissemmew il-ġganti? Il-ġganti jissemmew ukoll fi żminijiet ta' qabel il-Bibbja, dawn kollha ħrejjef u simboli jew hemm xi forma ta' fatti? Id-dulluvju universali huwa allegorija jew fatt storiku? Bħas-soltu Kevin ma jiddiżappuntax!
-
Ricky Caruana jintervista li Pastor Paul Mizzi (Knisja Evangelika Trinita')
-
F'din is-serje ser ikollna stejjer li intkhom stess bħala udjenza xtaqtu taqsmu magħna. Min jixtieq jirrakkontalna xi esperjenza jista' jagħmel dan billi jikkuntattjana dirett fuq il-pagna ta Facebook.
-
Din hija sketch bhala reklam biex jistiednu lil Sayan fuq il-podcast taghhom.
-
Ma' Karen Mamo għamilna siegħa diskussjoni fuq drug policy u tagħtna perspettiva differenti kif inħarsu lejn l-addiction u n-nies li jagħmlu użu mid-droga.
-
Kemm il-darba għidtha, Arnold jista' jagħmel podcast kull ġimgħa! Fonti ta' għerf li għalkemm jispeċjalizza fuq l-insetti, xorta jsib iċ-ċans li jippubblika studji fuq dak kollu li hu Malti u indiġenu.
-
Ricky Caruana jintervista lil Imam Mohammad Elsadi
-
M'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni! Leġġenda Maltija li 99% kullħadd ġieli qara' xi kitbiet minn tiegħu. Apparti l-kitba ma' Trevor tħaddidna fuq il-misteri, il-paranormal, l-ufoloġija, l-ispiritwalita' u mitt ħaġa oħra, għax ma Trevor verament il-kliem bħaċ-ċirasa!
-
Lawrence huwa id-direttur tal-film Mostri li ħareġ lejn l-aħħar tas-sena li ghaddiet. Film li jitratta dwar il-mostri tal-floklor Maltin. Ma' Lawrence apparti fuq il-film u l-mostri iddiskutejna l-paranormal, il-UFOs, il-misteru u għalxiex jaħseb li l-fenomenu huwa reali.
-
Dr. Andrew Agius huwa wieħed mill-pijunieri tal-kannabis mediċinali f'pajjizna. Beda bħala tabib tal-familja u maż-żmien studja u tgħallem, kif meta l-mediċina konvenzjonali tfalli, jistaw jintuzaw forom ta' mediċina oħra b'success. Magħna qasam l-għerf li akkumula magħtul is-snin u l-esperjenzi tiegħu bħala tabib meta jgħati preskrizzjoni ta' kannabis mediċinali.
-
Magħna dil-ġimgħa ser ikollna lil Keith Ellul minn Kuntatt - UFO Malta. Lil Keith rajtuh diversi drabi fuq dan il-podcast imma riċentament sar l-admin tal-paġna Kuntatt - UFO Malta. Miegħu qsamna diversi stejjer, filmati u ritratti ta' x'hinu jiġri bhalissa fil-qasam tal-ufologija hawn Malta u anka barra minin xtutna.
-
It-tieni podcast ma' David Pace! Masterclass fuq il-pjaneta Marte, jghidilna kif solva diversi investigazzjonijiet ta' paranormal u x'hinuma l-UFOs.
- Visa fler