Avsnitt
-
Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Intemmu l-ewwel staġun ta' Il-Ħass Mal-Bass bil-kbir bl-aktar crossover antiċipat u mistenni bil-ħerqa tas-sena!
Ningħaqdu ma' Keith u Craig minn Tiegħi, Tiegħek, Tagħna f'din l-ewwel parti tal-kollaborazzjoni tagħna biex niddiskutu ftit dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida u, fuq kollox, nimmassimizzaw l-omosesswalità konġunta bejnietna. Morru agħtu appoġġ, imħabba u titwila lil TTT fejn issibu t-tieni parti ta' din il-crackaġni!
Grazzi minn qalbna talli segwejtu Il-Ħass Mal-Bass dawn l-aħħar seba' xhur, nerġgħu ningħaqdu magħkom ma ndumux fi żmien xahrejn! (din kienet gidba)
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b), flimkien ma' Keith (@stjohn.mp3) u Craig (@c._raig) bħala TTT (@tieghi_tieghek_taghna)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Saknas det avsnitt?
-
Fl-episodju festiv tal-lum, Kurt u Sararah jitgeżwru bix-xalel u l-iskufji u jferrgħu ċumnata sħuna sħuna biex jiddiskutu dak kollu marbut ma' żmien il-Milied. Jissemmew ukoll il-valuri Nsara vis-à-vis min jgħix bla saqaf fuq rasu, it-tifqigħa bla rażan tal-boutique hotels.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq suġġett mhux wisq festiv jew festeġġanti, jiġifieri l-mewġa tal-lemin estrem li ilha taħkem ix-xenarju politiku Ewropew dawn l-aħħar snin, fid-dawl ukoll ta' avvenimenti riċenti. B'interventi aktar leġġeri dwar min joqgħod iżid @official fil-handle tal-media soċjali u l-ħinijet tax-shipping minn ħwienet bħal ASOS.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jħarsu lura lejn il-vjaġġ awditorju tagħhom ta' din is-sena, minqux għal dejjem fl-istorja grazzi għal Spotify Wrapped. Eh, u l-Vengaboys ġejjin s'Għawdex!!
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-iqsar episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass s'issa (għall-erwieħ), Kurt u Sarah jirriflettu fuq it-terrur akut ikkaġunat mit-teżijiet li qed jiktbu bħalissa, ipinġu diskussjoni ħelwa ħelwa fuq it-tattoos u l-implikazzjonijiet ta' meta titpinġa, u jilmentaw fil-qosor dwar il-Mercury Tower u l-qirda tas-siġar il-Mosta.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-20 episodjuversarju ta' Il-Ħass Mal-Bass ningħaqdu mal-mistiedna speċjali ta' din il-ġimgħa, Erika Ellul, biex neskavaw l-eqdem qallut tal-bnedmin fossilizzat u nirriflettu fuq id-diversi perċezzjonijiet tagħna l-Maltin fil-konfront tal-mewt.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Erika (IG @nessejtni)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
F'dan l-episodju mimli daqs bajda bil-crack ningħaqdu mal-mistieden ekstraspeċjali tagħna Yandrick Agius: semmiegħ akkanit tal-podcast u Baby Doll extraordinaire fil-Moulin Rouge. Nagħmlu naqra catch-up (u mayonnaise) bejnietna u nirriflettu mhux biss fuq l-14-il brudatina li ħejjielna Yandrick, iżda wkoll naqsmu perspettivi u perċezzjonijiet bħala Maltin li għexu fit-tul lil hinn mill-pajjiż.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Yandrick (IG @yandrickagius)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-episodju tal-lum nittawlu minn wara l-kwinti u nimirħu fuq taħdita dwar it-teatru u nolqtu xi perspettivi differenti marbutin mad-dinja tal-ispettaklu. B'interventi spettakolari daqstant dwar meta nużaw il-lirika fil-captions ta' Instagram, u għaliex aħna bħala soċjetà mġegħlin naħsbu li t-trabi tat-twelid huma ħlejqiet ħelwin.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jerġgħu lura fiż-żmien biex jirriflettu fuq iż-żmien li qattgħu l-postsekondarja, miżgħud b'esperjenzi ammirabbli daqskemm kienu kwistjonabbli. U la qed insemmu imbarazz kwistjonabbli, isiru wkoll dibattitu dwar il-validità tal-mayonnaise u lment rigward l-arja kundizzjonata ġewwa Spazju Kreattiv.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-episodju tal-waħx (litteralment u figurattivament) tal-lum, Kurt u Sarah jagħtu prietka ta' esperjenzi marbutin ma' lejlet Jum il-Qaddisin kollha. Jiġu diskussi wkoll il-bżonn li navżaw 'l-għassa bil-miġja ta' Ed Sheeran u l-istat massakrabbli tal-bankini fil-pajjiż.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
F'dan l-isfreġju ta' episodju għandkom il-privileġġ esklussiv li tesperjenzaw il-kriżi estienzjali tal-poddata sseħħ quddiem għajnejkom, fejn Kurt u Sarah jiddiskutu xelta vasta ta' suġġetti mill-ewwel bewsa ta' Kurt maqsuma bejn 10 persuni, għall-McKroket li nbiegħet esklussivament fil-McDonald's tal-Olanda.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Fl-episodju tal-lum nagħtu tmiem għal ġimgħa sħiħa ta' briju u kwiriżmu b'ħarsa lura lejn l-esperjenza personali tagħna matul Europride, u nikkwistjonaw il-ħtieġa li r-ristoranti u l-barijiet ta' ċertu pritensjoni borgiża jsejħu lilhom infushom "gastropubs".
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Nilqgħukom għat-tieni segment tal-edizzjoni speċjali u aktar omosesswali mis-soltu ta' Il-Ħass Mal-Bass, fejn niftħu diskussjoni dwar il-EuroPride u għaliex il-kunċett ta' Pride għadu pertinenti u bżonjuż illum il-ġurnata, u nagħlqu bil-bruda li qabdet lil Kurt minħabba ċerti membri fl-udjenza waqt il-kunċert ta' André Rieu.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass huwa l-ewwel parti minn tnejn bi tħejjija għal EuroPride, li din is-sena huwa ospitat minn Malta. Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq l-esperjenza personali tagħna f'Malta bħala membri tal-komunità queer u nidħlu wkoll fil-kuntrasti bejn il-qafas legali u d-drittijiet ċivili versus l-attitudni mifruxa tas-soċjetà.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Għal episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass nitilqu bassina tinten mal-ieħor sinifikanti ta' Kurt, Wilbert Tabone, fejn intuh lok jiżvoga dwar xelta vasta ta' brudatini filwaqt li jispjegalna ftit dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, il-qasam li jispeċjalizza fih.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Wilbert (IG @wiltabone)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
Il-Ħass Mal-Bass jagħlaq 10 episodji! F'din l-edizzjoni ningħaqdu mal-extra special guest judge Karl Bartolo, fejn nirriflettu fuq il-party li għadda ta' Nerve, in-nervi li jqabbadna l-MaltaPost meta jibqa' magħluq mingħajr avviż, nesploraw id-dinja tal-matematika, u naqsmu ħsibijietna fuq Oppenheimer.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Karl (IG @understandably_karl)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
F'episodju disgħa ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar meta tfittex prodott u tinduna li s-supermarket m'għadux iġibu, il-fissazzjoni tagħna bit-Taljan u l-impatt storiku mifrux ta' din il-lingwa, u meta tagħfas il-buttuna fuq tal-linja biex tinżel u x-xufier ma jiqaflekx.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
F'episode tmienja ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar il-fissazzjoni li naqilbu kollox bl-Ingliż, il-paprati li qed isiru fuq FKA Twitter, u nies li assolutament m'għandhomx idea x'inhuma jagħmlu.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
-
F'din l-edizzjoni kaotika ta' Il-Ħass Mal-Bass neżaminaw it-telf fil-kwalità taċ-chicken wings m'għand iċ-Chick-King, nimirħu fl-univers u ninterrogaw l-aljeni, niffrustraw ruħna bil-plakek Maltin u nanalizzaw il-legat ta' Sinéad o'Connor... fost ĦAFNA oħrajn.
Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)
Logo: Félix (IG @felix.afc)
Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
- Visa fler